Tant kien hemm konkorrenza kbira għall-iskema ‘Irrestawra Darek’, li reġgħet fetħet illum, li sa kwarta wara li fetħet kienu ġew eżawsti l-fondi u l-iskema għalqet.
B’din l-iskema, residenti li għandhom id-dar tagħhom f’żona ta’ konversazzjoni urbana (UCA) jew hija binja skedata ta’ Grad 1 jew 2 se jkunu jistgħu jirrestawraw il-faċċata tal-proprjetà tagħhom u jirċievu rifużjoni ta’ 100 fil-mija għax-xogħlijiet.
Għal din l-iskema l-Awtorità tal-Ippjanar għamlet disponibbli b’kollox €5 miljun biex tgħin fis-salvagwardja taż-żoni fil-qalba tal-irħula u tiżgura li jibqgħu parti importanti mill-wirt arkitettoniku, kulturali u soċjali. €4 miljun minn dawn huma maħsuba għal proprjetajiet residenzjali fil-UCAs, u dawk huma l-fondi li ġew eżawsti llum. S ejiġu rrimborżati mija fil-mija x-xogħlijiet eliġibbli ta’ restawr li ma jaqbżux il-€11,000.
Il-€1 miljun l-oħra huma maħsuba għal bini storiku u skedat, u għal dawn il-proprjetajiet l-iskema tiftaħ fis-6 ta’ Ġunju.