Iċ-chairman ta’’ Valletta 2018 Jason Micallef ta rendikont taż-żjarat tiegħu f’Tokyo fil-Ġappun. Spjega li mar għall-konferenza ġenerali annwali tal-organizazzjoni non governattiva European Union Japan Fest. Din hi magħmulha min kapijiet eżekuttivi ta’ kumpaniji minn bosta setturi u eks politiċi Ġappuniżi. Waħda mill-interessi tagħhom hija l-belt kapitali Ewropea għall-kultura.
F’Tokyo Micallef tkellem ma’ aġenti ta’ aġenziji tal-ivjaġġar biex juri għaliex għandhom jippromwovu l-Belt Valletta bħala belt denja għal vjaġġi turistiċi. Micallef kien ukoll preżenti għal maratona ta’ Tokyo il-gimgħa l-ohra. Flimkien mar-rapreżentant tal-Awtorità għat-Turiżmu fil-Ġappun huma preżentaw il-gear li se jkunu qed jiġru bih 92 atleta Ġappuniz f’Maratona nhar il-Ħadd.