Philip Grech ta’ 64 sena minn Ħaż-Żebbuġ ingħata interdizzjoni ġenerali u ġie kkundannat servizz fil-komunità wara li ammetta li rċieva soft drinks bħala tixħim.
Huwa ammetta li xxaħħam minn raġel Libjan talli ħallih jidħol f’żona ristretta tal-merkanzija fl-ajruport fl-2013.
Huwa għall-ewwel ċaħad l-akkużi fil-konfront tiegħu iżda wieġeb ħati fi Frar li għadda.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech kkundannatu 65 siegħa ta’ xogħol fil-komunità u interdizzjoni ġenerali perpetwa. Huwa ġie ordnat ukoll iħallas €742 fi spejjeż.