Żewġ Maltin u żewġ barranin inqabdu mid-Dwana Maltija waqt li kienu se jitilqu mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta bi flus kontanti mhux iddikjarati, li b’kollox ilaħħqu €64,967.
Wieħed mill-Maltin, li kien sejjer it-Turkija nstab li kien iġorr €11,280 fil-ġakketta filwaqt lill-Malti li kien qed jivvjaġġa lejn l-Awstralja nstab li kien qed iġorr €14,437 fi flus kontanti mhux iddikjarati.
Intant Olandiż, li kien sejjer l-Amman inqabad b’€28,700 waqt li kien qed jiġ mistoqsi jekk għandux xi flus x’jiddikjara. Huwa qal li għandu biss €5,000, iżda tfittxija bir-reqqa wasslet biex instabu iktar flus minn hekk.
F’ każ separat, il-kelba tad-Dwana Gypsy wasslet għal sejba ta’ €10,550 fi flus mhux iddikjarati fuq passiġġier Sudaniż li kien qed jivvjaġġa lejn l-Eġittu, via Istanbul.
Il-passiġġiera ġew offruti ftehim barra l-Qorti li qablu miegħu b’riżultat li ġew immultati.
Mill-bidu tas-sena sal-lum, ġew interċettati total ta’ €229,925 fi flus kontanti mid-dipartiment ta’ Dwana.
It-total ta’ €229,925 ġew interċettati fi 15-il każ separat, li 7 minnhom ġew interċettati mill-kelba tad-Dwana Canine.