Għat-tielet ġimgħa konsekuttiva, uffiċjali tad-Dwana interċettaw sustanzi fil-mitjar Malti.
Waqt tfittxijiet ta’ rutina fuq titjira minn Madrid instabu wieħed punt żewġ kilogrammi ta’ kannabis f’basket tal-plastik flimkien ma’ mitt gramma ta’ sustanza kannella li għadha ma ġietx identifikata.
Il-bagalja kienet ta’ passiġġier Spanjol li ġie Malta għal btala.
L-iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga qiegħda tinvestiga l-każ issa li l-passiġġier jinsab taħt arrest u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.
F’temp ta’ ftit ġimgħat, apparti dan il-każ, l-uffiċjali tad-dwana rnexxielhom jinterċettaw tliet kilogrammi ta’ kannabis minn Spanja u mija u tlettax-il kilogramma ta’ khat mill-Iżrael.