Modijiet ġodda ta’ kif il-logħob akkumpanjat mal-mużika jista’ jservi kemm ta’ terapija kif ukoll mezz alternativ ta’ interazzjoni.
Huwa propju dan li qed jiġi diskuss fl-għaxar edizzjoni ta’ konferenza organizzata mill-għaqda internazzjonali ‘The Game Philosophy Network’.
Għall-ewwel darba din il-konferenza qed tittella f’Malta u qed jattendu għaliha disgħin delegat internazzjonali.
Matul il-jum kien għaddej workshop li matulu grupp ta’ persuni ingħaqdu flimkien u esploraw metodi ġodda ta’ interazzjoni permezz tal-logħob tal-kompjuter u l-mużika.Dan it-tip ta’ logħob jista jkun applikat anke fil-qasam edukattiv kif ukoll għal skopijiet kummerċjali.
L-istitut malti għal-logħob diġitali qed jittama li permezz ta’ din il-konferenza, f’Malta tingħata spinta biex iċ-ċentru interattiv f’Malta jsir wieħed mill-aqwa madwar l-Ewropa.