F’dawn l-aħħar 10 snin, kien hawn mat-28,000 koppja f’pajjiżna li qalu s-signor si.
25% minnhom, jiġifieri koppja minn kull erbgħa, huma żwiġijiet barranin.
18% minnhom kienu biċ-ċivil.
Il-Psikologa Angela Abela spjegat li wieħed mill-fatturi li qed iwassal għal dan huwa li ħafna aktar Maltin qegħdin jiżżewwġu barranin jew ta’ reliġjon differenti, f’kuntest li statistika tal-Eurostat tpoġġi lil pajjiżna fil-ħames post tal-klassifika tal-pajjiżi ideali għall-koppji biex jiżżewġu.
Hija fissret:“Irridu nieħduh b’ċertu kawtela għax probabbli kieku naqilgħu dawk il-25% jew ftit inqas illi huma barranin u qed jiġu jiżżewwġu hawn bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tagħhom aħna ma nikkwalifikawx ma l-ewwel ħamsa pero naħseb li xorta nikkwalifikaw minn ta’ quddiem għax aħna bħala pajjiż niffurmaw parti mill-grupp pajjiżi fl-Ewropa li huma iktar tradizzjonali.”
Il-Psikologa spjegat kif hemm diversi fatturi li jagħmlu lil Malta l-pajjiż ideali għaż-żwiġijiet. Hija tenniet: “Naħseb li tintagħżel Malta għax hija d-destinazzjoni splendida naħseb huwa pajjiż jiena li jattira ħafna nies għandu ħafna x’joffri mhux biss fil-kultura, fl-istorja, fil-ġmiel. Imma naħseb anke fl-infrastruttura, fis-servizzi pereżempju ta’ pjanar taż-żwieġ, postijiet fejn jistgħu jiċċelebraw iż-żwieġ. It-temp tista tieħu ritratti eċċellenti għax id-dawl huwa mportanti ħafna għal dawn l-affarijiet.”
Dan l-istazzjon mar fit-toroq tal-kapitali jistaqsi lin-nies x’jaħsbu dwar iż-żwiġijiet.
Staqsejniehom ukoll jekk jarawx differenza bejn iż-żwiġijiet tal-lum, u dawk ta’ dari.