Mariella Attard hija mara li bħalissa qed tieħu trattament għall-kanċer.
Wara li rrapportajna dak li kitbet fuq Facebook, tkellmet ukoll fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat, waqt Pjazza fi Pjazza. Esprimiet kemm kienet urtata għal mod li bih Simon Busuttil qed iħalli lill-kandidat stilla tiegħu Salvu Mallia jżeffen il-kanċer fin-nofs meta jagħmel argumenti politiċi.
Qalet ukoll li qed tingħata l-aqwa trattamenti, u għal dan il-Prim Ministru wieġeb li kliem Mariella jimlewh b’kuraġġ. Qal ukoll li dejjem hemm bżonn ħidma biex kulħadd ikompli jingħata l-kura b’mod li tixraqlu.
https://www.facebook.com/ONENEWSMALTA/videos/1487183481333403/