Dan ir-ritratt sibnih fuq il-paġna Facebook Malta Diżastru Totali, li ta’ spiss ikun fiha xi bawxata milli nafu nagħmlu aħna l-Maltin.
Li l-parkeġġ f’pajjiżna sar problema, ħafna jafuha għax jesperjenzawha ta’ kuljum. Hemm min iżda jbiddel din l-isfida f’opportunità biex ikun kreattiv u kif jgħidu bl-Ingliż, xi ftit tal-problem-solver.
Hemm min ikkumenta li “kif inhu ipparkjat dak il-quad bike mhux illegali, għax illegali li taqbeż il-linja mill-ġenb hekk ikollok it-tyre ‘l barra”. Hemm min qal ukoll li hawn Malta, li tkun tost saret forma ta’ marda. Ngħiduha kif inhi, diffiċli għaż-żewġ karozzi joħorġu, bil-mod li bih spiċċaw imkaħħla mal-quad bike.
Inti x’taħseb? Kont tagħmel l-istess kieku sibt dik il-ftit spazju, jew le?