Huma bosta dawk li dalgħodu qed jikkumentaw fuq li kmieni dalgħodu ħassew movimenti simili għal kif jimmaġinaw li jinħass terremot.
Ħarsa lejn iċ-ċentru ta’ riċeka siesmika fi ħdan l-Università ta’ Malta tindika li dan il-lejl, għall-ħabta tas-01:33, kien hemm terremot li tkejjel 4.4 fuq l-iskala Rikter, fl-Italja Ċentrali. Dan il-ħin jikkonċidi mal-ħin li ħafna qed jgħidu li ħassew xi ħaġa hawn Malta.
Fl-Italja, Sardinja u anke Malta hemm reġistrat numru konsiderevoli ta’ ċaqliq, b’terremot skala 2.7 tkejjel fit-territorju Malti nhar it-tlieta ta’ Novembru.