Fuq il-midja soċjali mart il-Prim Ministru, is-Sinjura Dr Lydia Abela għaddiet messaġġ lil dawk li qed isofru fis-silenzju minħabba l-vjolenza domestika jew vjolenza tal-ġeneru. Dan għax jaħsbu li ħadd ma jista’ jifhimhom, jew minħabba l-mistħija jew biża’.
Dr Abela qalet li dawn il-persuni huma kapaċi jagħmlu li hemm bżonn biex jgħixu l-ħajja li jixtiequ, ’il bogħod mill-abbuż u l-biża’.
Is-Sinjura Lydia Abela sostniet li dawn il-persuni kapaċi jieħdu l-ewwel pass biex jgħixu ħajja sigura għalihom u għal uliedhom.
Hija appellat: “Int min int, m’għandekx taċċetta qatt l-abbuż u l-vjolenza u m’għand ħadd għaliex min iħobb verament ma jagħmilx dawn l-affarijiet.
Dr Abela saħqet li jekk wieħed ma jagħmel xejn, mhu se jinbidel xejn żgur.
Lil dawn il-persuni s-Sinjura Abela qaltilhom li mhumiex waħedhom u appellatilhom biex iċemplu 179 jew 112 sabiex isibu l-għajnuna neċessarja.
Dr Abela qed tieħu sehem fil-kampanja #intkapaċi li qed tmexxi bħalissa l-Kummissjoni dwar vjolenza abbazi tal-ġeneru u vjolenza domestika.