Din is-sena l-Kumitat tal-Karnival, permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti qed jorganizza kompetizzjoni b’karrijiet minjatura magħmula mill-ħelu u/jew cikkulata.
Dawk li jipparteċipaw ikunu mistennija juru l-kejk tagħhom f’esebizzjoni apposta li ssir fil-jiem tal-Karnival 2017 f’post ċentrali.
L-istess entraturi jinżammu mill-parteċipanti biex imbagħad jerġgħu jiġu esebiti f’Mejju 2017 waqt il-Konvenzjoni tal-Ibliet tal-Karnival Ewropej.
Il-Karru minjatura jrid jiġi mmuntat fuq bażi ta’ metru u nofs b’nofs metru wisa’.
L-Istruttura tal-karru tkun magħmula bi kwalunkwe materjal pero l-karru jrid ikun miksi kollu b’sugar paste u / jew cikkulata.
It-tema magħżula hi waħda libera u saħansitra jista’ jkun hemm temi satiriċi.
Hu fi dmir il-parteċipant li jwassal l-entratura tiegħu fil-post tal-esebizzjoni u lura. Max-xogħol artistiku jista jkun hemm b’mod dirett jew indirett messagg promozjonali.
Se jingħataw tlett premijiet li huma: L-Ewwel Klassifikat € 300; it-Tieni Klassifikat € 200 u t-Tlielet Klassifikat € 100. Barra minn hekk, kull entratura se tingħata momento mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
Applikazzjoni b’forma ta’ ittra għandha tigi mibghuta lil Kumitat tal-Karnival , Kunsill Malti għall-Arti, 16 Casa Scaglia, Triq M.A. Vassalli, Valletta.
Applikazzjonijiet flimkien mal-ħlas ta’ registrazzjoni għandhom jaslu sa mhux aktar tard minn nhar il-Erbgħa 18ta’ Jannar, 2017 f’nofsinhar.