Instagram jaħbi n-numru ta’ likes fuq il-posts f’għadd ta’ pajjiżi, fosthom: l-Awstralja u l-Ġappun, sabiex ineħħi pressjoni minn dawk li jużawh.
Mil-lum nies li jużaw Instagram f’dawn il-pajjiżi se jkunu jistgħu jaraw biss l-isem ta’ wieħed mill-utent u l-frażi “and others” taħt kull post fin-news feed. Minkejja dan minn itella’ l-post xorta se jkun jista’ jara kemm ikun irċieva likes.
Din l-azzjoni ttieħedet għaliex ħafna qed jesprimu t-tħassib tagħhom li siti soċjali bħalma hu Instagram qed iwasslu biex nies t’età żgħira jkollhom self-esteem baxx.
Id-direttur tal-politika ta’ Facebook fl-Awstralja u n-New Zealand, Mia Garlick sostniet li l-għan ta’ din l-inizjattiva kien li n-nies ikunu jistgħu jiffukaw aktar biex iwasslu l-istejjer tagħhom aktar milli kemm se jaqilgħu likes.
Din l-azzjoni tikkonċiedi ma’ studji li juru li n-numru ta’ likes li wieħed jirċievi jaffettwa ħafna s-self-esteem tal-persuna. L-istudji juru wkoll li siti soċjali jaffettwaw ukoll is-saħħa mentali ta’ persuna, speċjalment dawk ta’ età żgħira.
Ritratt: Getty Images