Għall-ewwel darba lbieraħ filgħaxija nxtegħlet installazzjoni ġdida mill-artist tad-dawl Carl Caruana f’South Street, fil-Belt Valletta.
Id-disinnji u magħmul mill-fibreglass u żewwaq it-triq bil-kuluri kkuluriti hekk kif joħolqu dellijiet sbieħ matul il-jum filwaqt li filgħaxija 4,000 bozza kkontrollati individwalment jixgħelu l-installazzjoni.
Din l-installazzjoni ġiet ispirata mill-arkitettura u minn disinji ta’ fjuri kumplessi fuq il-binjiet f’South Street.
Intitolata ‘Rainbow Street’, l-installazzjoni tiċċelebra l-qawwa tal-arti f’postijiet pubbliċi, li toħloq atmosfera divertenti u kkulurita għal dawk kollha li jgħaddu minn din it-triq. Ispirat mill-arkitettura tal-Belt Valletta, l-artist tad-dawl Carl Caruana ħoloq din l-installazzjoni ta’ fjuri mdendlin li tieħu lill-viżitaturi f’dinja kkulurita ta’ dwal u kuluri.
Din l-installazzjoni tista’ tibqa’ titgawda sa Settembru.