Fl-inħawi tal-Mandraġġ fil-Belt Valletta ġew installati kameras ġodda tas-sigurtà biex jinqabdu persuni, li jarmu ħmieġ u żiebel b’mod irresponsabbli.
Ħabbar dan is-Sindku tal-kapitali, Olaf McKay, fejn spjega li, wara li nstemgħet il-karba tar-residenti, il-Kunsill iddeċieda li jwaħħal kameras tas-CCTV bil-għan li ma jħallix min ikompli jikser il-liġi dwar l-iskart, u ż-żona tibqa’ miżmuma kif jixraq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI