Fil-Faċilità tal-WasteServ f’Wied il-Għajn ġiet installata sorting line ġdida li se tipproċessa madwar disa’ tunnellati ta’ metall kuljum, u se tirkupra madwar sitt mitt elf bott tal-landa kuljum.
Waqt żjara li għamel il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia qal kif dan huwa parti minn strateġija fuq medda qasira ta’ żmien biex tkompli ttejjeb ir-riċiklaġġ f’pajjiżna.
Il-Ministru Farrugia stqarr: “Huwa b’hekk illi qegħdin nevitaw iktar landfilling, allura l-materjali qed immorru fil-miżbla u qed nintroduċu dan il-materjal fl-ekonomija ċirkolari biex b’hekk nilħqu mhux biss il-miri ambjentali imma wkoll il-miri ta’ riċiklaġġ li l-pajjiż għandu.”
Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ Richard Bilocca qal kif dan se jkun qed jgħin biex titjib il-prestazzjoni tar-riċiklaġġ ta’ Malta.
Huwa qal, “Dan is-setup qed itina disa’ tunnellati ħadid kuljum illi qed jidħlu fis-suq ta’ riċiklaġġ, filwaqt li l-Wasteserv qed taħdem bla heda biex fi żmien tlieta, ħames snin oħra jkollha l-kumpless EcoHive fil-limiti tan-Naxxar, liema kumpless se jkollu impjant state of the art, f’dan iż-żmien xorta waħda qegħdin naħdmu fuq soluzzjonijiet interim illi qed jgħinuna illi ntellgħu l-performance tagħna xahar b’xahar.”