Jumejn ta’ tfittxija intensiva waslu biex iż-żewġ żgħażagħ li għebu nhar il-Ġimgħa, Nick Johnson u Mark Petric instabu ħajjin.
Iż-żewġ ġuvintur instabu dalgħodu għall-ħabta tas-6:45 ftit il-bod miż-żona ta’ fejn instabu l-oġġetti, ikkonfermat dan omm wieħed miż-żgħażagħ permezz tal-midja soċjali.
Fuq il-post hemm tabib fejn qed jeżamina liż-żewġ żgħażagħ li l-Ġimgħa filgħodu telqu bir-rota għall-ħabta tan-12:30. Kien proprju s-Sibt filgħodu li sajjieda li kienu fil-Blata tal-Melħ irrappurtaw li sabu xi oġġetti fuq il-blat. Kien wara li missier wieħed mill-ġuvintur li ċempel fuq wieħed mill-mowbajls, u qabdu Pulizija, li bdiet it-tfittxija għal Mark u Nick.
Il-Ħadd filgħodu omm wieħed miż-żgħażagħ sabet ir-roti fil-limiti ta’ Fomm ir-Riħ.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej…