Wara sentejn stennija nstab fwied għaċ-ċkejkna Ellie – l-iżgħar pazjenta Maltija fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares f’Londra li kienet qed tistenna trapjant tal-fwied.
L-aħbar pożittiva wassalha missierha Ray, li kmieni l-Erbgħa filgħodu kiteb fuq Facebook kif wara sentejn stennija għat-trapjant tal-fwied, il-Mulej qalalhom grazzja, u Ellie qed tiġi operata.
Filwaqt li rringrazzja lill-pubbliku għas-sapport, talab biex kulħadd iżommha fit-talb tiegħu.