Kandidat tal-Partit Nazzjonalista qabbel il-Gvern mal-cancer, f’turija oħra ta’ insensittivá fil-konfront ta’ kull min qed ibati mill-marda tal-kanċer.
Dan id-diskors flimkien mal-istejjer fake li qed jippubblika l-Partit Nazzjonalista, stejjer riċiklati mill-kelliema tiegħu online, juru kif dan huwa dak li jemmen bi sħiħ Simon Busuttil.
Il-Partit Laburista qal li huwa ċar li l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa determinat li jreġġa’ l-arloġġ lura għall-politika ta’ firda, l-istess politika li l-poplu rema’ tant bis-saħħa fl-aħħar elezzjoni ġenerali u li se jibqa’ jirrezistiha minkejja li Simon Busuttil għadu mgħannaq magħha.
Fl-istess vena llum, qal il-Partit Laburista, ir-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista mhux talli ma kkundannawx kliem oxxen mill-kandidat ta’ Busuttil Salvu Mallia talli qalu li huma jinsabu sodisfatti ħafna bil-kandidatura tiegħu.