Is-sena 2024 kienet sena li ġabet magħha mwiet ta’ numru ta’ persuni li kienu prominenti f’pajjiżna, fost dawn hemm eks politiċi, oħrajn mis-settur tal-midja u dawk mill-qasam teatrali.
L-eks Ministru u eks Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Joe Brincat ħalla din id-dinja fl-età ta’ tmenin sena, fit-tnejn ta’ Awwissu.
Fl-istess xahar miet il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, Lorenzo Vella, fl-età ta’ tlieta u erbgħin sena.
Ħalla din id-dinja wkoll, f’Settembru, l-eks membru Parlamentari u l-eks Sindku ta’ San Ġiljan, Karl Gouder fl-età ta’ ħamsa u erbgħin sena.
Fit-30 t’Awwissu, Malta nħasdet bil-mewt taż-żagħżugħ Jake Vella, li kien rinomat għal qalb tajba tiegħu minkejja l-kundizzjoni li ħakmitu minn età żgħira. Jibqa’ mfakkar għal attivitajiet sportivi u inizjattivi sabiex jinġabru l-flus għall-karità.
Dawn l-aħħar tliet persuni ngħataw rikonoxximent wara mewthom mill-istat, f’Jum ir-Repubblika.
Persuna oħra magħrufa għall-karità li m’għadiex magħna din is-sena kien Dun Anġ Seychell, il-fundatur tal-Fondazzjoni Nazareth.
Fit-23 ta’ Lulju ħalla din id-dinja l-artist Mark Mallia, fl-età ta’ 59 sena.
Il-kantant Joe Cutajar ukoll ħalliena din is-sena fl-età ta’ 83 sena fis-7 ta’ Marzu. Cutajar, flimkien ma’ Helen Micallef kien rrapreżenta l-pajjiżna fil-Eurovision tal-1972 bil-kanzunetta ‘L-Imħabba’.
Ħallew din id-dinja wkoll il-mużiċist Sammy Murgo, li kien sinonimu sew mal-mużika Jazz. Mużiċist li ħalliena din is-sena kien il-Maestro Vinny Vella.
Fit-18 ta’ Novembru tħabbret il-mewt tal-ġurnalist veteran sportiv fix-xandir, Mario Meli fl-età ta’ 84 sena.
Hugh Caruana, persuna oħra rinomata fl-isport bħala eks plejer tal-futbol miet fl-età ta’ 78 sena fit-23 ta’ Awwissu.
ONE News isellem il-memorja ta’ dawn il-persuni, flimkien ta’ oħrajn li ħallewna din is-sena.