Bħala parti mill-kampanja tat-tindif tat-toroq bl-isem ta’ ‘Insebbħu Pajjiżna’ diġà tnaddfu erbgħin triq arterjali li jkopru madwar mitejn u għaxar kilometri ta’ tul.
Ix-xogħol fuq it-tindif tat-toroq issa qed isir ukoll matul il-lejl sabiex il-ħaddiema ikollhom il-kumdità li jaħdmu fit-toroq mingħajr ma jinżammu mit-traffiku.
Dan filwaqt li jagħmilha possibbli li l-kampanja tasal sa kull lokalità ġewwa pajjiżna sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Ix-xogħol f’dawn it-toroq jikkonsisti fi knis, tneħħija tal-ħaxix, żebgħa ġdida fuq is-central strips, il-ħasil tat-toroq, bdil ta’ bozoz kif ukoll it-tindif tat-tabelli u l-manutenzjoni tal-bankini fost oħrajn.
Din il-kampanja hija kkordinata mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u taw sehemhom bejn erba’ mija u ħamsin u seba’ mitt ħaddiem minn entitajiet differenti.