Tliet irġiel kienu arrestati wara li żewġ ġurnalisti nqatlu waqt li kienu qed ixandru b’mod dirett fuq ir-radju.
Il-każ seħħ fid-Repubblika Dominikana, u wieħed mill-ġurnalisti kien qed jiffilmja x-xandira fuq Facebook Live meta nqatel.
Fil-filmat jidher ix-xandira mwaqqfa ħesrem u mara twerżaq li kienu sparati tiri. Il-vittmi kieu Luis Manuel Medina u Leo Martinez.
Hawn jidher wieħed minnhom jitkellem waqt li nqatel sieħbu, lejn l-aħħar tal-filmat.
https://www.youtube.com/watch?v=2KsIIDArQhI