Xemx u xita Alla jaf meta. Hekk jgħid il-Malti iżda għalkemm forsi vera li wieħed ma jistax ikun ċert fuq li ċert ta’ kif se jkun it-temp, bit-teknoloġija tal-lum nistgħu nieħdu idea aktar ċara ta’ kif se jkun il-jum u nippjanaw dak li jkollna f’moħħna. Illum kien jum b’xita li tippersisti matul il-ġurnata kollha u mistennija tiżdied matul il-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt. L-ogħla temperatura llum se tilħaq l-14C u 9C l-inqas, ir-riħ bħalissa Xlokk Forza 3 għal 5 li iżda mal-lejl idur Tramuntana.
Is-sit FirstMalta rrapporta kif is-Sibt nistennew ix-xita tippersisti matul is-sigħat ta’ filgħodu iżda x-xita mistennija tbatti u tieqaf wara ftit. Ir-riħ mistenni jkun pjuttost qawwi hekk kif se jilħaq Forza 6 – 7 mill-Majjistral. It-temperaturi jilħqu l-14C u jinżlu sa 10C
Il-Ħadd għandna nistennew li t-temp ikun ħafna aħjar għalkemm f’xi ħin jissaħħab, bl-ogħla temperatura tilħaq l-14C u tinżel sa 10C, riħ Majjistral Forza 4 – 5