Pajjiżna għandu ftit li xejn riskji għall-istabbiltà finanzjarja tiegħu u l-ftit riskji li kien hemm komplew jonqsu. Dan jirriżulta minn rapport tal-Bank Ċentrali.
Rapport Interim dwar l-Istabbiltà Finanzjarja 2016, li jkopri l-iżviluppi fis-settur bankarju, dak tal-assigurazzjoni u tal-fondi ta’ investiment, b’referenzi għall-isfond ekonomiku li fih operaw dawn l-istituzzjonijiet matul l-ewwel sitt xhur tal-2016.
Fih intqal li sa mill-pubblikazzjoni tar-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja għall-2015, ma ġewx innutati riskji ġodda, filwaqt li dawk relatati ma’ riskju marbut ma’ self u wkoll espożizzjonijiet lejn il-gvern Malti komplew jonqsu hekk kif is-self fejn il-ħlas qiegħed b’lura (non-performing loans, NPLs) kompla jonqos.
Barra minn hekk, aġenziji tar-rating tal-kreditu għollew ir-rating tal-kreditu tal-gvern Malti. B’hekk, jgħid il-Banl Ċentrali, fl-ewwel nofs tas-sena, ir-riskji għall-istabbiltà finanzjarja baqgħu baxxi, bi prospetti pożittivi għat-tieni nofs tas-sena.