Tul is-sena li għaddiet anqas persuni kienu dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali.
Dan joħroġ minn stqarrija tal-Uffiċċjali Nazzjonali tal-istatistika li turi mis-sena elfejn u tlettax sal-lum dawk dipendenti fuq il-benefiċċju tal-qgħad naqqsu b’aktar minn elfejn u mija sabiex in-nefqa tal-Gvern f’dan ir-rigward naqqset b’aktar minn nofs.
Dan huwa riflessjoni tal-ħidma sfieqa tal-Gvern li wasslet lil pajjiżna sabiex ikollu l-anqas rati ta’ qgħad li qatt irreġistrat Malta.
Flus li s-soltu kienu jmorru għal dawk li m’għandhomx xogħol issa qed jiġu allokati għal skemi bħal dak tat-taparing li jħeġġu aktar nies biex ifittxu xogħol u jibdew jaħdmu.
Mindu ddaħħal dan il-benefiċċju fl-2014, ibbenefikaw eluf ta’ persuni li kienu qiegħda u issa reġgħu lura fis-suq tax-xogħol.
Ħidma oħra tal-Gvern kontra l-abbużi fejn jidħlu s-single parents wasslet sabiex f’perjodu ta’ sentejn in-nefqa naqqset b’żewġ miljun ewro.
Madankollu, l-Gvern daħħal skemi ġodda bħal dak tal-inwork benefit li bbenefikaw minnha eluf ta’ persuni.
Filfatt, mill-2015 ‘l hawn, apparti ċ-children’s allowance, il-ġenituri ta’ tfal li huma impjegati u jaqilgħu anqas minn €16,500 bdew jirċievu dan il-benefiċċju addizzjonali mal-paga.
B’din l-iskema, is-sena l-oħra 4,514-il persuna irċivew bejniethom €3,754,000 waqt li kienu qegħdin f’impjieg.
F’kummenti li ta lil ONE News il-Ministru Michael Falzon spjega kif minkejja li qed jonqsu l-abbużi, l-infiq tal-Gvern fl-aspett soċjali mistenni jkompli jiżdied bħalma żdied is-sena l-oħra bi 28 miljun.
Il-Ministru Michael Falzon qal “tieħu pjaċir tinnota illi l-persuni li jiddependu fuq il-benefiċċju tal-qagħad naqsu u naqsu b’mod drastiku f’pajjiżna. Tieħu pjaċir li żżid benefiċċji oħrajn imma tal-qagħad tieħu pjaċir tarah jonqos. Riżultat ta’ diversi fatturi insemmi it-taparing li wassal lil ħafna nies biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jibqgħu. Kellek ukoll l-inwork benefit.”
Dr Falzon spjega ukoll kif terz tal-ispiża tal-Gvern tmur fil-qasam soċjali u din is-sena l-ispiża mistennija tkompli tikber b’żieda fil-pensjonijiet u c-childrens allowance fost