Mill-immigranti li jiġu ordnati jitilqu minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u jirritornaw fil-pajjiż oriġini tagħhom, huma inqas minn erbgħin fil-mija li jirritornaw lejn pajjiżhom.
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri issa niedet awditu mmexxi minn Leo Brincat dwar il-koperazzjoni tal-Unjoni Ewropea ma’ pajjiżi terzi rigward ir-ritorn ta’ dawn l-immigranti.
“Il-kwistjoni dwar l-aħjar mod ta’ kif tista’ tiġi indirizzata l-immigrazzjoni hija urġenti, kemm għall-Ewropa kif ukoll għall-istati membri”, qal Leo Brincat.
Fl-2016, il-Kummissjoni Ewropea introduċiet qafas ta’ sħubija dwar il-migrazzjoni biex trawwem kooperazzjoni aħjar mal-pajjiżi ta’ oriġini fost oħrajn, anki b’involviment diplomatiku.