Infetaħ l-uffiċċju ta’ Business First fl-Imrieħel.
Inizjattiva li bdiet fl-2011 u issa qed tissaħħaħ biex negozji jsibu għajnuna fin-negozju tagħhom, l-iktar bħala one-stop-shop fejn dawn ikunu jistgħu minn post wieħed jaqdu l-bżonnijiet tagħhom fejn jidħlu servizzi tal-Gvern, u mhux biss.
Il-Ministru Chris Cardona nnota kif dan il-Gvern qed ikompli ħidmietu biex titnaqqas il-burokrazija żejda, u jgħin lill-intrapriżi jilħqu l-potenzjal tagħhom.
Din l-inizjattiva qed tissaħħaħ anke grazzi għall-kollaborazzjoni tal-GRTU. Il-President tal-istess unjin, Paul Abela, wiegħed li b’Business First se ssir id-differenza. Inizjattiva li saħaq, se tkun ta’ eżempju għal pajjiżi oħra fl-għajnuna lin-negozji.