Biex iż-żmien li jitwaqqaf negozju minn tletin jum jonqos għal tlett’ijiem, b’seħħ mil-lum, l-ewwel ta’ Jannar, 2017, il-ħwienet u postijiet oħra kummerċjali mhux se jkollhom aktar il-ħtieġa ta’ liċenzja tal-kummerċ biex imexxu l-attività kummerċjali tagħhom.
Din hija biss inċentiva waħda immirata lejn it-tnaqqis tal-burokrazija u li tħajjar l-investiment f’pajjiżna.