Matul l-ewwel kwart tal-2025, l-aċċidenti tat-traffiku fejn indarbu xi persuni naqsu meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. Dan joħroġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Tali statistika wriet li l-għadd ta’ aċċidenti simili, li ġew irrapportati fil-perjodu ta’ bejn Jannar u Marzu li għaddew, naqsu b’9% fuq l-istess żmien fl-2024.
Kien hemm ukoll tnaqqis ta’ kważi 12% fin-numru ta’ persuni midrubin f’dawn l-aċċidenti. Dan filwaqt li, fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, erba’ persuni tilfu ħajjithom fuq it-toroq ta’ pajjiżna.