Daphne Caruana Galizia u l-Partit Nazzjonalista inqabdu jiffalsifikaw dokumenti li bihom provaw ikomplu jimmontaw il-gidba fuq il-Prim Ministru, Joseph Muscat. Fid-dibattitu ta’ Xarabank Joseph Muscat sfida lil Simon Busuttil biex jieħu quddiem in-nies ir-responsabbiltà ta’ dan id-dokument. Iżda, Simon Busuttil m’għamilx dan. U fuq kollox Joseph Muscat spjega għaliex dak miktub, li suppost ittieħed minn dokument huwa falz. Wara li Joseph Muscat żvela dan Busuttil qal li hu irrelevanti jekk Egrant hix ta’ martu jew il-familja.