Wara gimgħat ta’ ħidma intensiva, membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga assistiti mill-Law Enforcement Section tad-Dwana waqqfu vettura li kienet għada kif waslet Malta mill-Italja u li kien hemm suspett raġonevoli li fiha seta kien hemm ammont sostanzjali ta’ droga moħbija.
Fil-fatt minn investigazzjonijiet u tiftix li għamlet il-Pulizija ġo din il-vettura eventwalment instabu madwar 15-il kilogramma sustanza bajda allegatament droga kokaina moħbija fuq il-parti ta’ wara tal-istess vettura. Il-Maġistrat tal-Għassa Dr N Camilleri LLd ġie infurmat bis-sejba u ħatar diversi esperti biex jassistu. Il-Pulizija qed iżżomm żewġ persuna ta’ nazzjonalita’ Maltija – wieħed ta’ 66 sena minn Ħal Qormi u ieħor ta’ 23 sena minn Għajnsielem (Għawdex) biex jgħinu fl-investigazzjonijiet.