L-aġenzija governattiva responsabbli mir-riċerka fl-oqsma tas-sajd u l-akkwakultura, Aquatic Resources Malta, ħabbret riżultati indikattivi li joħorġu minn stħarriġ intern dwar l-istaġun tal-lampuki s-sena li għaddiet.
Jirriżulta li t-total proviżorju ta’ lampuki maqbud qabel il-131 tunellata. Dan meta kien hemm 123 tunellati bl-użu tal-kannizzati tradizzjonali, filwaqt li l-prattika bl-użu tal-konzijiet irriżultat f’rekord ta’ 8.36 tunellati, li hu mal-400 kilogramma iżjed minn dak irreġistrat fl-istaġun tal-2023.
Aquatic Resources Malta rrimarkat ukoll li, minkejja l-ammont kbir, il-qbid tradizzjonali bil-kannizzati rreġistra tnaqqis.