Mohamad Hamed Mohamad ta’ 40 sena weħel tliet snin ħabs wara li ammetta li biegħ il-passaport tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li fil-ħdax ta’ Settembru, raġel ieħor inqabad jipprova jivjaġġa b’passaport li mhux tiegħu, u dan żvela li kien xtara l-passaport mill-akkużat.
Għalhekk, il-Pulizija ġew avżati biex joqogħdu attenti għal persuni li jirrappurtaw passaport misruq jew mitluf, u l-akkużat kien diġà għamel rapport li tilef il-passaport.
Huwa ġie arrestat, fejn spjega li l-pjan kien li jagħti l-passaport tiegħu lir-raġel l-ieħor sabiex jivvjaġġa, u jerġa’ jibgħat il-passaport lill-imputat bil-posta.