Sudaniż ta’ sebgħa u għoxrin sena weħel xahrejn ħabs sospiżi għal sena, wara li ammetta li kellu fil-pussess tiegħu, ħames grammi ta’ droga kannabis sintetika.
Intqal li r-raġel, li m’għandux saqaf fuq rasu, ġie arrestat il-Ħadd filgħodu fi ġnien pubbliku fil-Marsa bid-droga.
L-imputat ġie ordnat ukoll li jħallas multa ta’ ħames mitt ewro.