Pajjiżna mistenni jkollu Ambaxxatriċi residenti għall-Istati Uniti f’Malta wara nuqqas ta’ diversi snin.
L-aħħar darba li Malta kellha Ambaxxatriċi residenti f’Malta kienet fl-2018 meta kien hawn Kathleen Hill.
Issa l-President Amerikan Joe Biden innomina lil Constance Milstein biex tkun Ambaxxatriċi Amerikana f’Malta.
Hija mistennija l-ewwel tgħaddi mill-iskrutinju tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fi ħdan is-Senat imbagħad is-Senat Amerikan formalment japprovaha.
Milstein ħadmet fil-Partit Demokratiku u kienet anki taħdem fl-Uffiċċju tas-Segretarju għall-Armata.
Preżentament l-Ambaxxata Amerikana f’Malta hi mmexxija minn Gwendolyn Green, li hija ċ-Chargé d’Affaires.