Il-Gvern bħal ma’ għamel fis-snin ta’ qabel, permezz ta’ Premju Soċjetà Ġusta 2022, ser ikun qiegħed jippremja lil dawk kollha li b’dedikazzjoni u impenn ħadmu sabiex is-settur tad-diżabilità jissaħħaħ.
Is-serata tal-premjazzjoni se ssir nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Diċembru, taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta George Vella.Il-Ministru għall-Inkluzjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli , nediet għal sena oħra l-ftuħ ta’ dawn in-nominazzjonijiet.
B’kollox se jkunu qegħdin jingħataw seba’ premjijiet. Dawn jinkludu:
Premju Socjetà Ġusta;
Premju għal Kisba tul il-Ħajja fis-Settur tad-Diżabilità;
Premju għal Ħidma fit-Tisħiħ tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità;
Premju Parteċipazzjoni Attiva fl-Isport;
Premju Parteċipazzjoni Attiva fl-Arti u I-Kultura;
Premju għall-iktar post tax-xoghol li jopera b’mod inklussiv;
Premju lill-Għaqda Volontarja għal Ħidma għat-Tisħiħ tal-Inklużjoni.
In-nominazzjonijiet għall-premjijiet jinsabu onlajn fuq is-sit: https://inclusion.gov.mt/ jew inkella mill-Ministeru, 89, Palazzo Francesco, Triq Sir Ugo Mifsud, Ħal Lija. L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Ottubru 2022 f’nofsinhar.