Il-linja tal-ajru Amerikana, American Airlines reġgħet tinsab fl-inkwiet dan hekk kif impjegat tal-linja tal-ajru kellu xi jgħid ma omm u raġel qabel telqet it-titjira minn San Francisco għal Dallas.
Dan wara li fi kliem passiġġiera li kienet abbord it-titjira u poġġiet filmat fuq is-sit soċjali facebook ta’ dan l-argument, l-impjegat ta daqqa lill-omm bil-pram għax ried li hi tneħħiha, l-passiġġieri spjegaw li l-impjegat kien se jolqot ukoll it-tarbija.
“Tini daqqa, ejja,” dan kien kliem l-impjegat meta raġel ieħor li kien abbord l-ajruplan offra l-għajnuna tiegħu lil din l-omm.
American Airlines, qalet li hija dispjaċuta għal dan li ġara. Dan l-inċident isegwi argument ieħor riċenti li l-filmat tiegħu rawh eluf ta’ nies li fih passiġġier tneħħa bi vjolenza minn titjira.