Mara li kienet qed issegwi l-inkurunazzjoni tar-Re Karlu III sfat arrestata bi żball.
Alice Chambers kienet immanettjata u miżmuma għal 13-il siegħa, meta l-uffiċjali ħasbuha waħda mid-dimostranti tal-kampanja Just Stop Oil. Dan meta fil-verità, Chambers hija segwaċi tal-familja rjali li nzertat kienet wieqfa qrib il-Mall.
Il-mara, perita ta’ 36 sena, tkellmet mal-BBC u qalet li kienet immanettjata, ħadulha l-marki tas-swaba’ u ġiet interrogata f’għassa tal-Pulizija. Hija qalet li l-esperjenza kienet kerha ħafna u emozzjonanti, hekk kif qattgħat sigħat bil-manetti fuq wara ta’ vann tal-Pulizija, minkejja attentati ripetuti biex tispjega s-sitwazzjoni reali.
Il-Pulizija Ingliża qalet li qed tirrevedi l-inċident u qed tipprova tistabbilixxi d-dettalji kollha ta’ dak li ġara.