Meta tiġri xi ħaġa, aħna l-Maltin ġieli ngħidu: “aħjar minn daqqa ta’ trakk”. Dan ir-raġel Ingliż jista’ jgħid li d-daqqa ħadha u jaf x’jiġifieri. B’miraklu baqa’ ħaj wara li dan ix-xarabank daħal ‘head on’ fih.
Il-filmat iħallik tiskanta kif qatt jista’ jkun. Ir-raġel huwa Simon Smith, ta’ 53 sena, u l-inċident seħħ f’Reading. Mhux talli hekk, talli r-raġel qam fuq saqajh u mexa waħdu.