Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi qal li jinsab sodisfatt li permezz tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar, Wied Qlejgħa, jew kif inhu magħruf ukoll bħala ċ-Chadwick Lakes, se jingħata l-attenzjoni li jixraqlu permezz ta’ proġett ta’ rijabilitazzjoni.
Il-Ministru qal li dan il-proġett, se jara investiment li minnu l-Maltin se jgawdu minn żoni isbaħ ta’ spazji pubbliċi.
Il-proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea jinkludi r-rijabilitazzjoni tal-ilqugħ tal-ilma u t-tiswijiet fil-ħitan tas-sejjieħ fil-passaġġi u l-pontijiet. Permezz tar-rijabilitazzjoni, iż-żona se toħloq spazji ta’ rikreazzjoni għall-Maltin u l-Għawdxin.
Dan il-proġett se jagħti importanza kbira lill-protezzjoni tal-ekosistemi f’dawn il-postijiet