Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet serata organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u l-għaqdiet tal-Malti, fil-Palazz ta’ Sant’Anton fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Lingwa Materna.
F’diskors li għamlet, il-President Coleiro Preca, tkellmet fuq l-importanza li “nkomplu noħolqu sinerġiji biex inħeġġu l-għarfien tal-lingwa tagħna, is-sabiħ tagħha, is-sens ta’ identità u profondità li tagħtina biex tassew turina aħna minn aħna.”