Bħala parti mill-attivitajiet marbuta mal-Karnival li għaddejin bħalissa, żifna b’differenza saret waqt il-Karnival ta’ Malta fil-Belt Valletta.
Persuni b’diżabilità flimkien ma’ ħaddiema taċ-ċentru ta’ matul il-jum ta’ Ħal Far fi ħdan l-Aġenzija Sapport, ħadu sehem b’żifna ħelwa fost anke eċitament kbir mill-istess persuni li ħadu sehem kif ukoll minn dawk preżenti.
Din iż-żifna, li kienet anke mżewqa b’kostumi mill-isbaħ, kompliet timla l-pjazza b’aktar kulur u briju f’dawn il-jiem mistennija minn kulħadd.
Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli qasmet filmat fuq il-midja soċjali li juri ż-żifna li saret dalgħodu.