Hekk kif ftit jiem ilu tħabbru minn Infrastracture Malta d-dettalji bil-pjanti preliminari tal-proġett għall-Junction Swieqi-San Ġiljan, issa żdiedu rotot ta’ mobilità attiva għal min juża ż-żona bil-mixi.
Dan l-investiment, li se jwassal biex iż-żona fid-daħla għal Paceville tinbidel biex jiġu eliminati t-traffic lights eżistenti u minflok tinbena struttura b’livelli differenti, qed jiġi ddiżinjat b’tali mod li jiffaċilita r-rotot lill-komunitajiet tal-madwar, titjib is-sigurtà u l-andament tat-traffiku fiż-żona jiġi kkordinat aħjar.
Fuq il-midja soċjali, Infrastructure Malta ppubblikat mappa bid-dettalji li tindika tisħiħ fil-konnessjoni għal min jiffrekwenta l-inħawi bil-pass bejn Triq is-Swieqi fis-Swieqi u Triq Santu Wistin, Triq Elija Zammit u Triq Sant Andrija f’San Ġiljan, flimkien ma’ mogħdijiet ġodda għal dan il-għan ukoll.
Il-ħruġ mis-Swieqi se jitjieb b’aċċess minn taħt Triq Mikiel Anton Vassalli minflok l-underpass eżistenti li jgħaqqad Triq is-Swieqi ma’ Triq Santu Wistin. Dan it-titjib se jkun qed jakkomoda wkoll lil min juża ż-żona bil-pass.
Għal aktar dettalji rigward il-proġett, wieħed jista’ jżur: