Skont rapport f’inkjesta ta’ 1,200 paġna, il-President tal-Brażil Jair Bolsonaro għandu jiġi akkużat b’serje ta’ reati dwar il-mod li bih immaniġja l-imxija tal-Covid-19 fil-Brażil.
Il-President Brażiljan qed jiġi akkużat fost oħrajn li naqas milli jikkontrolla l-virus li qatel aktar minn 600,000 Brażiljan.
Infatti, partijiet mill-inkjesta li tinsab għand il-midja turi li l-bord tal-inkjesta jrid li Bolsonaro jaffaċċja disa’ akkużi.
Ir-rapport huwa l-qofol ta’ inkestja li ħadet sitt xhur u li saħansitra kixfet skandli u korruzzjoni fil-Gvern.