Mill-1950, is-saċerdoti kattoliċi fil-Portugall abbużaw kważi 5,000 tifel u tifla.
Dan ħareġ minn inkjesta indipendenti li saret mill-Knisja stess wara li bosta esperti semgħu t-testimonjanza tal-vittmi.
Dawn il-konklużjonijiet xokkanti komplew itappnu lill-Knisja Kattolika madwar id-dinja hekk kif aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed joħorġu każijiet simili.
F’Ottubru li għadda, sitt esperti ltaqgħu ma’ ħames mitt persuna li allegaw każ ta’ abbuż minn membri tal-Knisja Kattolika.
F’konferenza tal-aħbarijiet li saret it-Tnejn b’rabta ma’ dan, intqal kif ħafna mill-każijiet illum il-ġurnata ġew preskritti, b’25 każ se jgħaddi għand il-pulizija sabiex tkompli bl-investigazzjonijiet.
Wieħed mill-każijiet hija ta’ mara, illum għandha 45 sena u li qed tallega li ġiet stuprata minn qassis waqt li kienet qed tqerr, meta kella biss 17-il sena.