Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa ħatar inkjesta interna dwar mewt ta’ persuna li kienet għall-kura fl-Isptar Monte Carmeli.
Fi stqarrija ntqal li l-awtoritajiet fl-Isptar Monte Carmeli ġew infurmati li f’sala ta’ dan l-isptar, pazjent kellu jingħata l-ewwel għajnuna sakemm fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-pazjent l-Isptar Mater Dei.
Ir-raġel ġie ċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ, filwaqt li fuq struzzjonijiet tal-Ministru għas-Saħħa nħatret inkjesta interna.