Il-Ministeru għas-Saħħa appunta inkestja indipendenti minħabba inċident li ġara fil-kamra mortwarja fl-isptar Mater Dei minħabba żball fl-identità.
Il-Ministeru kien informat bil-każ il-Ħamis, permezz ta’ proċess intern li fih ġisem prematur ta’ tarbija kien irrilaxxat bi żball għad-difna mill-kamra mortwarja tal-isptar Mater Dei.
Il-ħaddiem li kien involut fl-inċident ġie sospiż sakemm joħroġ ir-riżultat tal-inkjesta u l-konklużjonijiet tal-proċeduri dixxiplinari f’dan ir-rigward.