• Se jkun estiż il-park industrijali tax-Xewkija
• Se ssir pjattaforma tal-għerf
Tħabbru tliet proġetti b’investiment miljunarju li se jkunu qed joħolqu numru ta’ impjiegi ġodda. Fost dawn il-proġetti li nksibu fondi Ewropej għalih hemm il-proġett tal-Crafts Village li ilu mistenni bosta snin u li l-ħidma tal-Gvern waslet biex mhux biss saru l-pjani għalih, iżda biex inkisbu wkoll il-fondi li se jarawh isir realtà. Il-Crafts Village hu mifrux fuq 63,000 metru kwadru li issa se jerġa’ jkun riġenerat. Il-valur ta’ dan il-proġett huwa ta’ madwar €14,000,000 u se jinħolqu għadd ta’ impjiegi ġodda f’post li fl-aħħar snin deher biss bħala wieħed li seta’ jagħlaq.
Fil-park industrijali tax-Xewkija mbagħad hemm il-ħsieb li jinbdnew 15-il work shop ġdid fuq iktar minn 5,000 metru kwadru ta’ art. Fl-istess ħin binja eżistenti se titwaqqa’ biex takkomoda operazzjonijiet varji minn servizzi finanzjarji, ICT, riċerka u setturi oħra. Hawn se jkunu investiti iktar minn €15-il miljun ewro.
Imbagħad hemm dak magħruf bħala Internationalziation Knowledge Platform li huwa proġett ta’ Trade Malta maħsub biex tassisti negozji żgħar u medji. L-għan hu li dawn in-negozji jiksbu iktar għarfien u jżidu t-taħriġ u l-konsulenzi.
Meta ħabbar dawn il-proġetti, is-Segreatarju Parlamentari Ian Borg, sostna li dan l-investiment jikkonferma kemm il-gvern huwa kommessi li joħloq l-ambjent ideali għan-negozji żgħar u medji biex dawn ikomplu jirnexxu.
“Il-Gvern qed jimmasimizza l-użu ta’ fondi ewropej biex il-poplu Malti u Għawdxi jgawdi b’mod dirett minn dawn il-kisbiet,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Borg.
https://youtu.be/xa1maWEkGts