Il-logħba tal-ballun kull ma’ jmur qed tinvolvi aktar flus li jlaħħqu miljuni kbar b’trasferimenti kontroverjsali fuq plejers mondjali.
Dwar dan il-ġurnalist Ayrton Mifsud tkellem ma’ Philip Von Brockdorf, li kemm bħala ekonomista kif ukoll dilletant tal-futbol tana l-prespettiva tiegħu fuq diversi oqsma fosthom fuq minn qed jikkontrolla t-trasferiment tal-plejers.
F’ġurnata waħda biss it-timijiet tal-futbol ta’ Manchester nefqu bejniethom madwar mija u ħamsin miljun ewro fuq żewġ plejers.
Dan hekk kif Manchester United nefqu somma rekord ta’ 89 miljun ewro fuq il-plejer Paul Pogba li tagħmlu l-aktar plejer li jiswa flus fid-dinja. Filwaqt li Manchester City akkwistaw is-servizzi ta’ John Stones għas-somma ta’ ħamsin miljun ewro, li issa ta’ tnejn u għoxrin sena sar it-tieni l-aktar difensur li jiswa’ flus.
Minkejja dan l-infiq rekord li embarkaw fuqu l-klabbs Ingliżi, storikament kien hemm pajjiżi oħrajn li nefqu biex jakkwistaw l-aħjar plejers. Filwaqt li l-ekonomista jgħid li l-infieq ma jsirx bl-adoċċ u l-kalkoli jsiru.