Matul il-festa ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ inbdiet inizjattiva innovattiva ta’ ġbir ta’ numru kbir ta’ fliexken tal-plastik ghar-riċiklaġġ.
Din kienet inizjattiva tal-eNGO Żibel li avviċinat lill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ biex jinbeda proġett pilota fil-festi, flimkien mal-GreenPAK. Dan il-proġett hu li ssir kaxxa b’xibka li fiha jinġabru l-fliexken kollha li minnhom jiġi kkunsmat xorb matul il-ġimgħa tal-festa. B’kollox inġabru mal-1,026 flixkun u t-tappijiet tagħhom ingabru wkoll biex imorru ghall-istrina.
Din l-inizjattiva ntlaqgħet tajjeb ħafna hekk kif ħafna tfal rawha bħala loghba u b’ħeġġa kbira bdew jiġbru l-flixken u jwaddbuhom fix-xibka. Fl-istess ħin, tqajjmet kuxjenza fuq is-separazzjoni tal-iskart.
Mhuwiex eskluż li din l-inizzjattiva tigi estiża anke f’lokalitajiet oħra matul il-festi tagħhom.